Language of document : ECLI:EU:T:2013:432





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2013 —
Huvis vs Il-Kunsill

(Kawża T‑536/08)

“Dumping — Importazzjonijiet ta’ staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Korea t’Isfel — Estensjoni tad-dazji antidumping wara reviżjoni interim parzjali — Rikors għal annullament — Interess dirett u individwali — Ammissibbiltà — Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni — Artikolu 9(5) u Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li saru l-Artikoli 9(5) u l‑Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi dazji antidumping — Impriżi produtturi u esportaturi identifikati fir-regolament jew li huma kkonċernati mill-investigazzjonijiet preparatorji — Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 893/2008) (ara l-punti 25-28)

2.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-importazzjonijiet ġejjin minn pajjiżi differenti — Portata fir-rigward ta’ prodotti li ġejjin minn pajjiżi differenti, li kollha huma s-suġġett ta’ dumping, imma li xi wħud minnhom huma kkonċernati minn proċedura ta’ eżami mill-ġdid tad-dazju definittiv u l-oħrajn minn investigazzjoni inizjali (Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ “Ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 9.2; Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 5, 9(2) u (5), 11(3) u 21, Nru 428/2005, Nru 893/2008 u Nru 1225/2009, Artikoli 5, 9(2) u (5), 11(3), u 21; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/430) (ara l-punti 37-41, 43-48, 65)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°893/2008, tal-10 ta’ Settembru 2008, li jżomm fis-seħħ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mill-Arabja Sawdija u mill-Korea wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45), għal dak li jirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Huvis Corp. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.