Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2013 – Gako Konietzko vs UASI (Forma ta’ pakkett)

(Kawża T-654/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gako Konietzko GmbH (Bamberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Reinhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 2232/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva tridimensjonali, li tirrapreżenta l-forma ta’ pakkett, għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10 – Applikazzjoni għal trade mark Nru 10 899 037Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009