Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2013 – Time vs UASI (InStyle)

(Kawża T-651/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Time Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Cañadas Arcas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 827/2013-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-appell quddiem l-Uffiċċju.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 41 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 264 223

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja