Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – Lomnici vs Il-Parlament

(Kawża T-650/13) 1

(“Rikors għal annullament – Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew li tikkonċerna l-liġi l-ġdida dwar iċ-ċittadinanza Slovakka – Petizzjoni ddikjarata ammissibbli – Deċiżjoni ta’ għeluq tal-proċedura– Att li ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Zoltán Lomnici (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Z. Lomnici, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Pospíšilová Padowska u T. Lukácsi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet tal-Parlament, tas-17 ta’ Ottubru 2013, li tiddikjara magħluqa l-Petizzjoni Nru 1298/2013.

DispożittivIt-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni tal-Parlament Ewropew hija miċħuda.Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Slovakka u mill-UngerijaZoltán Lomnici għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament.Ir-Repubblika Slovakka u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.