Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Wahlström vs Frontex

(Kawża T-653/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Evalwazzjoni – Rapport tal-iżvilupp tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2010 – Djalogu annwali mal-evalwatur – Iffissar ta’ għanijiet”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Kari Wahlström (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Ottubru 2013, Wahlström vs Frontex (F-116/12, ĠabraSP, EU:F:2013:143), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tad-9 ta’ Ottubru 2013, Wahlström vs Frontex (F-116/12, ĠabraSP, EU:F:2013:143), hija annullata inkwantu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad it-tieni u t-tielet parti tat-tieni motiv għal annullament invokat fl-ewwel istanza kif ukoll it-talba għal indennizz.Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2010 ta’ Kari Wahlström huwa annullat.L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) hija kkundannata għall-pagament ta’ indennizz ta’ EUR 2 000 lil K. Wahlström.Frontex hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha relatati ma’ din il-proċedura u ma’ dik quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

____________

1 ĠU C 52, 22.2.2014.