Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Jannar 2013 - ECC Couture vs UASI - Ball Wholesale (Culture)

(Kawża T-28/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: ECC Couture BV (Oldenzaal, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. A. S. M. van Leent u I. de Jonge, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ball Wholesale ApS (Billund, id-Danimarka)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta' Ottubru 2012, fil-Każ R 290/2012-1, sa fejn f'din id-deċiżjoni r-rikorrenti tilfet u ġiet ikkundannata għall-ispejjeż tal-proċedimenti;

tiddikjara li r-reġistrazzjoni Komunitarja Nru 993 511 tat-trade mark figurattiva "Culture" hija valida għall-prodotti u għas-servizzi kollha li huma s-suġġett tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurativa "Culture" għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 - Trade mark Komunitarja Nru 993 511

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ball Wholesale ApS

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark verbali nazzjonali "CULTURE" għal prodotti fil-klassijiet 14, 25 u 26

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________