Language of document : ECLI:EU:T:2013:721

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

19 ta’ Diċembru 2013

Kawża T‑32/13 P

Mario Paulo da Silva Tenreiro

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Ħatra fil-pożizzjoni ta’ Direttur tad-Direttorat A ‘Ġustizzja Ċivili’ tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni ‘Ġustizzja’ — Ċaħda tal-kandidatura tal-appellant — Ħatra ta’ kandidat ieħor — Użu ħażin ta’ poter — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2012, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni (F-120/11), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. Mario Paulo da Silva Tenreiro għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-istanza preżenti.

Sommarju

Rikors tal-uffiċjali — Motivi — Abbuż ta’ poter — Kunċett

Il-kunċett ta’ abbuż ta’ poter għandu portata preċiża li jirreferi għall-użu, minn awtorità amministrattiva, tas-setgħat tagħha għal għan li ma jkunx dak li għalih ingħatawlha. Deċiżjoni tkun ivvizzjata minn abbuż ta’ poter biss jekk din tkun tidher, fuq il-bażi ta’ indizji oġġettivi, rilevanti u uniformi, li tkun ittieħdet sabiex jintlaħqu għanijiet li ma jkunux dawk iddikjarati. F’dan ir-rigward, ma huwiex biżżejjed li jiġu invokati ċerti fatti insostenn tat-talbiet, iżda għandhom jitressqu wkoll indizji li jkunu preċiżi, oġġettivi u uniformi biżżejjed sabiex isostnu l-affidabbiltà tagħhom jew, għall-inqas, il-probabbiltà tagħhom, li fin-nuqqas tagħhom l-eżattezza materjali tal-affermazzjonijiet tal-istituzzjoni inkwistjoni ma tistax tiġi kkontestata. B’hekk, l-evalwazzjoni ġenerali tal-indizzji ta’ użu ħażin ta’ poter ma tistax tkun ibbażata fuq sempliċi allegazzjonijiet, fuq indizzji mhux suffiċjentement preċiżi jew li ma humiex la oġġettivi u lanqas rilevanti.

(ara l-punti 31 sa 33)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 5 ta’ Lulju 2000, Samper vs Il-Parlament, T‑111/99, ĠabraSP, p. I‑A‑135 u II‑611, punt 64; 2 ta’ Diċembru 2008, Karatzoglou vs AER, T‑471/04, Ġabra SP p. I‑A‑2‑79 u II‑A‑2‑485, punt 49; 5 ta’ Ottubru 2009, de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni, T-40/07 P u T-62/07 P , Ġabra SP p. I‑B‑1‑89 u II‑B‑1‑551, punti 172 u 173