Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Settembru 2011 - Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-18/10) 1

["Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 1007/2009 - Kummerċ tal-prodotti mill-foki - Projbizzjoni ta' importazzjoni u ta' bejgħ - Eċċezzjoni favur il-komunitajiet Inuit - Applikazzjoni tar-raba' paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Kunċett ta' 'att regolamentari' - Nuqqas ta' interess dirett jew individwali - Inammissibbiltà"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inuit Tapiriit Kanatami (Ottawa, il-Kanada); Nattivak Hunters and Trappers Association (Qikiqtarjuaq, il-Kanada); Pangnirtung Hunters' and Trappers' Association (Pangnirtung, il-Kanada); Jaypootie Moesesie (Qikiqtarjuaq); Allen Kooneeliusie (Qikiqtarjuaq); Toomasie Newkingnak (Qikiqtarjuaq); David Kuptana (Ulukhaktok, il-Kanada); Karliin Aariak (Iqaluit, il-Kanada); Efstathios Andreas Agathos (Ateni, il-Greċja); Canadian Seal Marketing Group (Québec, il-Kanada); Ta Ma Su Seal Products (Cap-aux-Meules, il-Kanada); Fur Institute of Canada (Ottawa); NuTan Furs, Inc (Catalina, il-Kanada); GC Rieber Skinn AS (Bergen, in-Norveġja); Inuit Circumpolar Conference Greenland (ICC) (Nuuk, il-Groenlandja, id-Danimarka); Johannes Egede (Nuuk); u Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK) (Nuuk) (rappreżentanti: inizjalment J. Bouckaert, M. van der Woude u H. Viaene, sussegwentement J. Bouckaert u H. Viaene, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Anagnostopoulou u L. Visaggio, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u K. Michoel, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, Y. de Vries, J. Langer u M. Noort, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment É. White, P. Oliver u J.-B. Laignelot, sussegwentement É. White, P. Oliver u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Settembru 2009, dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, p. 36).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Inuit Tapiriit Kanatami, Nattivak Hunters and Trappers Association, Pangnirtung Hunters' and Trappers' Association, Jaypootie Moesesie, Allen Kooneeliusie, Toomasie Newkingnak, David Kuptana, Karliin Aariak, Efstathios Andreas Agathos, Canadian Seal Marketing Group, Ta Ma Su Seal Products, Fur Institute of Canada, NuTan Furs, Inc., GC Rieber Skinn AS, Inuit Circumpolar Conference Greenland (ICC), Johannes Egede u Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK) huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.