Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2008 - Mologen vs UASI (dSLIM)

(Kawża T-504/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mologen AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klages, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta' Settembru 2008, fil-Każ R 1077/2007-4.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : It-trademark verbali "dSLIM" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 5, 10, 42 u 44 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 355 136).

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, peress li s-sinjal mhuwiex nieqes minn karattru distintiv u ma jikkostitwixxix indikazzjoni deskrittiva.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).