Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 - Rundpack vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' tazza tax-xorb)

(Kawża T-503/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rundpack AG (rappreżentant: R. Chmilewsky-Lehner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-konvenut tat-3 ta' Settembru 2008, fil-Każ R 1400/2006-1, u tirrinvija l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Nru 003 317 591 quddiem l-UASI għat-tkomplija tal-proċedimenti ta' reġistrazzjoni, kif ukoll tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha marbuta mal-proċeduri, b'mod partikolari l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell,

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-3 ta' Settembru 2008 u tirrinvija l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Nru 003 317 591 quddiem l-UASI għat-tkomplija tal-proċedimenti ta' reġistrazzjoni b'lista mnaqqsa tal-prodotti, u kif ukoll tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha marbuta mal-proċeduri, b'mod partikolari l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali "BECHER RUND" għal prodotti fil-klassijiet 16, 17 u 20 (Applikazzjoni Nru 3 317 591)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941 peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).