Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2008 - Volkswagen vs UASI - Deutsche BP (SunGasoline)

(Kawża T-502/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Deutsche BP AG (Gelsenkirchen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Settembru 2008, fil-Każ R 513/2007-4 u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SunGasoline" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 7, 12, 35, 37 u 39 (Applikazzjoni Nru 3 418 647)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Deutsche BP AG

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża "GASOLIN" (Trade mark Nru 763 901) għal prodotti fil-klassi 4

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors milqugħ parzjalment għal ċerti prodotti fil-klassi 4

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 15(2)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 40/941, billi ma ġiex ipprovat b'mod suffiċjenti l-użu ġenwin tat-trade mark opponenti u ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, billi m'hemm l-ebda probbabiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).