Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Mejju 2010 - Volkswagen vs UASI - Deutsche BP (SunGasoline)

(Kawża T-502/08)1

"Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. S. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Deutsche BP AG (Gelsenkirchen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikos ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Settembru 2008 (Każ R 513/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Deutsche BP AG u Volkswagen AG.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti u l-konvenut huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 44, 21.02.2009.