Language of document : ECLI:EU:T:2014:125





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2014 — Cemex et vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑292/11)

“Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tintalab informazzjoni — Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità”

1.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Talba għal informazzjoni — Indikazzjoni tal-bażijiet legali u tal-għan tat-talba — Portata — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Assenza (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(3)) (ara l-punti 34, 35, 42, 48)

2.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Possibbiltà għall-impriża kkonċernata li tinvoka b’mod sħiħ l-imsemmija drittijiet biss wara li tintbagħat id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 38, 39, 43)

3.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Talba għal informazzjoni — Indikazzjoni tal-bażijiet legali u tal-għan tat-talba — Rekwiżit ta’ rabta ta’ neċessità bejn l-informazzjoni mitluba u l-ksur imfittex — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(3)) (ara l-punti 40, 56)

4.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Talba għal informazzjoni — Setgħat tal-Kummissjoni — Limitu — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Talba għal informazzjoni li tinsab diġà f’idejn il-Kummissjoni — Ksur tal-imsemmi prinċipju — Talba intiża għall-kisba ta’ preċiżazzjonijiet fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta preċedentement — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(3)) (ara l-punti 67-69, 71, 74)

5.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Talba għal informazzjoni — Setgħat tal-Kummissjoni — Limitu — Rekwiżit ta’ rabta ta’ neċessità bejn l-informazzjoni mitluba u l-ksur imfittex — Natura pubblika tal-informazzjoni mitluba (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(1)) (ara l-punti 84, 85)

6.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Talba għal informazzjoni — Setgħat tal-Kummissjoni — Setgħa li tiġi indirizzata talba li timplika l-formalizzazzjoni tad-data mitluba — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18) (ara l-punti 100, 101)

7.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Talba għal informazzjoni — Modalitajiet — Għażla li għandha ssir bejn sempliċi talba għal informazzjoni u deċiżjoni — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Stħarriġ ġudizzjarju (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(1) sa (3)) (ara l-punti 109‑112)

8.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Talba għal informazzjoni — Setgħat tal-Kummissjoni — Limitu — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Terminu għat-tweġiba mogħti lill-impriża — Evalwazzjoni tan-natura proporzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(3)) (ara l-punti 122, 132‑135)

9.                     Unjoni Ewropea — Sistema lingwistika — Testi mibgħuta mill-istituzzjonijiet — Destinatarju — Sede f’pajjiż terz — Relazzjoni ma’ Stat Membru — Lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1/1958, Artikolu 3, u Nru 1/2003) (ara l-punt 148)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2360 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cemex SAB de CV, New Sunward Holding BV, Cemex España, SA, Cemex Deutschland AG, Cemex UK, Cemex Czech Operations s.r.o., Cemex France Gestion u Cemex Austria AG huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.