Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2024 – Kapitan Navi Elżbieta Stramek i Waldemar Karpiński vs EUIPO – Homann Feinkost (Matjeshappen nach “Kolberger Art”)

(Kawża T-90/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kapitan Navi Elżbieta Stramek i Waldemar Karpiński sp.j. (Trzebiatów, il-Polonja) (rappreżentant: A. Brudnoch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Homann Feinkost GmbH (Bad Essen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Matjeshappen nach “Kolberger Art” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 838 125

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 286/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Matjeshappen nach “Kolberger Art” Nru 11 838 125;

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-EUIPO sabiex jeżaminaha mill-ġdid;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċedura u għar-rimbors tal-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________