Language of document : ECLI:EU:T:2014:208





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑340/09)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet – Għajnuna għall-provvista ta’ servizzi għall-pubblikazzjoni u għall-komunikazzjoni fir-rigward tas-sit tal-internet CORDIS – Rifjut tal-offerti ta’ offerent u deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratti lil offerenti oħra – Klassifikazzjoni tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 148(1) u (3) tar-Regoli ddettaljati għall-implementazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni fil-qosor tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja,l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 43)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (ara l-punti 50, 216)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Obbligu li jiġu kkomunikati, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi dwar l-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-offerent – Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrent fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 51-55, 104, 115)

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Obbligu, ta’ istituzzjoni, li teżerċita s-setgħa tagħha li tikkuntattja lil offerent wara l-ftuħ tal-offerti – Kundizzjoni – Eżerċizzju fl-osservanza tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 148(3)) (ara l-punti 168-172)

5.                     Proċedura ġudizzjarja – Eżami tal-mertu qabel eżami tal-ammissibbiltà – Ammissibbiltà (ara l-punt 190)

6.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti – Portata (ara l-punt 195)

7.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 286)

8.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Rabta kawżali – Kunċett – Oneru tal-prova (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 287)

9.                     Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Responsabbiltà – Motivi eċċezzjonali – Rikorrent imħeġġeġ mill-konvenut sabiex jippreżenta r-rikors minħabba fil-motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kontenzjuża (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 87(2) u (3) (ara l-punti 301, 302)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ikkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tad-9 ta’ Ġunju 2009 li ma tilqax l-offerti tagħha, ippreżentati b’risposta għas-sejħa għal offerti Nru 10017 (CORDIS), rispettivament għal-Lott B, intitolat “Servizzi Editorjali u ta’ Pubblikazzjoni”, u għal-Lott C, intitolat “Provvista ta’ Servizzi Ġodda ta’ Informazzjoni Diġitali”, u li tagħżel l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata b’risposta għall-istess sejħa għal offerti, bħala t-tielet kuntrattur għal-Lott E, intitolat “Żvilupp u Manteniment ta’ Servizzi Ċentrali”, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati 90 % mill-ispejjeż tagħha u 90 % mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li din tal-aħħar għandha tbati 10 % mill-ispejjeż tagħha u 10 % mill-ispejjeż ta’ Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.