Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 – Hubei Xinyegang Steel vs Il-Kunsill

(Kawża T-528/09) 1

[“Dumping Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina Determinazzjoni ta’ theddida ta’ ħsara Artikolu 3(9) u Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li saru l-Artikolu 3(9) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd (Huang Shi, iċ-Ċina) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, Q. Azau, A. MacGregor, solicitor, u N. Niejahr, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn B. O’Connor, solicitor)

Partijiet intervenjenti insotenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment minn H. van Vliet u M. França, sussegwentement minn M. França u J.-F. Brakeland, aġenti, assistiti minn R. Bierwagen, avukat); ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. (Ostrava-Kunčice, ir-Repubblika Ċeka); ArcelorMittal Tubular Products Roman SA (Roman, ir-Rumanija); Benteler Stahl/Rohr GmbH (Paderborn, il-Ġermanja); Ovako Tube & Ring AB (Hofors, l-Isvezja); Rohrwerk Maxhütte GmbH (Sulzbach-Rosenberg, il-Ġermanja); Dalmine SpA (Dalmine, l-Italja); Silcotub SA (Zalău, ir-Rumanija); TMK-Artrom SA (Slatina, ir-Rumanija); Tubos Reunidos SA (Amurrio, Spanja); Vallourec Mannesmann Oil & Gas France (Aulnoye-Aymeries, Franza); V & M France (Boulogne-Billancourt, Franza); V & M Deutschland GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja); Voestalpine Tubulars GmbH (Linz, l-Awstrija); u Železiarne Podbrezová a.s. (Podbrezová, is-Slovakkja) (rappreżentanti: G. Berrisch, G. Wolf, avukati, u N. Chesaites, barrister)

Suġġett

Rikors għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, p. 19).

Dispożittiv

1)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat, inkwantu jimponi dazju antidumping fuq l-esportazzjonijiet ta’ prodotti mmanifatturati minn Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd u jipprovdi għall-ġbir ta’ dazji provviżorji stabbiliti fuq dawn l-esportazzjonijiet.

2)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk imġarrba minn Hubei Xinyegang Steel Co.

3)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)    ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s., ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Benteler Stahl/Rohr GmbH, Ovako Tube & Ring AB, Rohrwerk Maxhütte GmbH, Dalmine SpA, Silcotub SA, TMK-Artrom SA, Tubos Reunidos SA, Vallourec Mannesmann Oil & Gas France, V & M France, V & M Deutschland GmbH, Voestalpine Tubulars GmbH u Železiarne Podbrezová a.s. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 51, 27.02.2010.