Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 - Margherita vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-320/08)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Margherita Soc. coop. rl (Cariati, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 ippubblikat fil-ĠU L 155 tat-13 ta' Ġunju 2008.
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.
____________