Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta' Mejju 2007 - Giraudy vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-23/05)1

(Uffiċjali - Appell - Rikors għall-ħlas ta' danni - Investigazzjoni mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) - Applikazzjoni ġdida - Regolament (KE) Nru 1073/1999 - Deċiżjoni 1999/396/KE, KEFA, Euratom - Tort - Ħsara - Marda professjonali - Kunsiderazzjoni tas-servizzi stabbiliti mill-Artikolu 73 ta' l-Istatut)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Louis Giraudy (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D.Voillemot, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.Curral u G.Berscheid, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Servizz Pubbliku - Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tirrikonoxxi r-responsabbiltà tad-dipartimenti tagħha u d-dannu li r-rikorrent allegatament bata fil-kuntest ta' investigazzjoni mmexxija mill-OLAF fis-sede tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fi Franza u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni bl-interessi.

Dispożittiv tas-sentenza

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tħallas lil J. Giraudy l-ammont ta' EUR 15,000 bħala danni u interessi għall-ħsara morali li huwa bata ,minħabba vjolazzjoni tar-reputazzjoni u l-unur tiegħu.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll żewġ terzi mill-ispejjeż sostnuti minn J. Giraudy.

J. Giraudy għandu jbati terz mill-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 171 tad-09.07.2005, p. 29 (kawża inizjalment imressqa quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-169/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).