Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2019 – Hilfe zur Selbsthilfe vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-335/17) 1

(Klawżola ta’ arbitraġġ – Food Security Promotion for very food insecure farming households in Zimbabwe (ECHO/ZWE/BUD/2009/02002) – Riklassifikazzjoni tar-rikors – Rapporti tal-awditjar – Rapport ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri – Rapport tal-OLAF – Rimbors ta’ somom imħallsa – Proporzjonalità – Aspettattivi leġittimi)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Help – Hilfe zur Selbsthilfe eV (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment V. Jungkind u P. Cramer, sussegwentement V. Jungkind u F. Geber, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu, K. Blanck u A. Katsimerou, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u li hija intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ARES (2017) 1515573, tal-21 ta’ Marzu 2017, li titlob ir-rimbors ta’ parti mill-ammont tas-sussidju mogħti favur il-proġett ta’ għajnuna ECHO/ZWE/BUD/2009/02002, kif ukoll it-talba għal ħlas ibbażata fuq dik id-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, it-talba skont l-Artikolu 272 TFUE sabiex tikkundanna lill-Kummissjoni tirrimborsa s-somma ta’ EUR 643 627.72 mħallsa mir-rikorrenti lill-Kummissjoni, konformement mad-deċiżjoni tal-21 ta’ Marzu 2017 kif ukoll it-talbiet għall-ħlas tas-7 ta’ April u tal-5 ta’ Settembru 2017.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Help – Hilfe zur Selbsthilfe eV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 239, 24.7.2017.