Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Spa Monopole vs UASI – Orly International (SPARITUAL)

(Kawża T-131/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SPARITUAL – Trade marks Benelux verbali u figurattivi preċedenti SPA u LES THERMES DE SPA – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju), (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u É. De Gryse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Orly International, Inc. (Van Nuys, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Kremer u J. Rotsch, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2396/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u Orly International, Inc.DispożittivId-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI) tad-9 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2396/2010-1) hija annullata.L-UASI u Orly International, Inc. huma kkundannati jsostnu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispjjeż ta’ Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV.