Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' April 2009 - Maxcom vs UASI - Maxdata Computer (maxcom)

(Kawża T-155/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Maxcom sp. z o.o. (Tychy, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kral, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maxdata Computer GmbH & Co. KG (Marl, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Jannar 2009, fil-każ R 1019/2009-2, innotifikata lir-rikorrenti fis-16 ta' Frar 2009.

tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti għall-ispejjeż..

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "maxcom" għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Maxdata Computer GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark nazzjonali verbali "max", irreġistrata fil-Ġermanja għal servizzi fil-klassijiet 38 u 42 u għal xi prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fil-konfront tal-prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Rikors miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/20091).

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata), ĠU L 78, p. 1.