Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Ottubru 2012 - Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-158/09) 

(" FAEGG - Taqsima 'Garanzija'' - Infiq eskluż mill-finanzjament - Approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG - Negliġenza tal-Istat Membru fl-irkupru ta' somom indebitament imħallsa - Konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta' rkupru għandhom jiġu sostnuti mill-Istat Membru ")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, S. Papaïoannou u V. Karra, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u E. Tserepa-Lacombe, aġenti, assistit minn N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament jew bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 810 finali, tat-13 ta' Frar 2009, dwar it-trattament finanzjarju li għandu jiġi applikat, fil-kuntest tal-likwidazzjoni tal-infiq iffinanzjat mit-Taqsima "Garanzija" tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), f'ċerti każi ta' irregolaritajiet minn operaturi, peress li din id-deċiżjoni teskludi mill-finanzjament Komunitarju u timponi fuq ir-Repubblika Ellenika ammont ta' EUR 13 348 979.02.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 810 finali, tat-13 ta' Frar 2009, dwar it-trattament finanzjarju li għandu jiġi applikat, fil-kuntest tal-likwidazzjoni tal-infiq iffinanzjat mit-Taqsima "Garanzija" tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), f'ċerti każi ta' irregolaritajiet minn operaturi, hija annullata sa fejn jingħalqu l-fajls EL/1993/01 u EL/1994/031 u timponi, fuq ir-Republika Ellenika, ammonti ta' EUR 519 907 u ta' EUR 300 914.99.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tbati erba' kwinti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll erba' kwinti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni hija kkundannata li tħallas kwint mill-ispejjeż tagħha u kwint mill-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika.

____________

1 - ĠU C 153, 4.7.2009.