Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-157/09 P) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għad-danni - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, agents, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-18 ta' Frar 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-42/08, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) u intiż li jannulla dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 141, 20.6.2009.