Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Marzu 2010 - Maxcom vs UASI - Maxdata Computer (maxcom)

(Kawża T-155/09)1

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Maxcom sp. z o.o. (Tychy, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kral, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Schimanek-Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Maxdata Computer GmbH & Co. KG (Marl, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta' Jannar 2009 (Każ R 1019/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Maxdata Computer GmbH & Co KG u Maxcom Sp. z o.o.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Maxcom Sp. z o. o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.

____________

1 - ĠU C 153, 4.7.2009.