Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' April 2012 - Peri vs UASI (Forma ta' għodda għall-issikkar ta' kamin (turnbuckle))

(Kawża T-171/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Dönch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Jannar 2012 fil-Każ R 1209/2011-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali, fil-forma ta' għodda għall-issikkar ta' kamin (turnbuckle), għal prodotti fil-klassijiet 6 u 19 - Applikazzjoni Nru 9 432 078

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (e)(i) u (ii) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________