Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Beyond Retro vs UASI – S&K Garments (BEYOND VINTAGE)

(Kawża T-170/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea – Trade mark verbali BEYOND VINTAGE – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BEYOND RETRO – Raġuni assoluta għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beyond Retro Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: S&K Garments, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Jannar 2012 (Każijiet magħquda R 493/2011-4 u R 548/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Beyond Retro Ltd u S&K Garments, Inc.Dispożittiv1)    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis- Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Jannar 2012 (Każijiet magħquda R 493/2011-4 u R 548/2011-4) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-prodotti koperti bit-trade mark verbali BEYOND VINTAGE li jaqgħu fil-klassijiet fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.3)    Beyond Retro Ltd għandha tħallas terz mill-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali. L‑UASI għandu jbati żewġ terzi tal-imsemmija spejjeż.