Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2015 – CHEMK u KF vs Il-Kunsill

(Kawża T-169/12)1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġina, b’mod partikolari, mir-Russja – Eżami mill-ġdid interim parzjali – Kalkolu tal-marġni ta’ dumping – Bdil fiċ-ċirkustanzi – Natura dewwiema”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) (Chelyabinsk, ir-Russja); u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) (Novokuznetsk, ir-Russja) (rappreżentant: B. Evtimov, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, bħala aġent, assistit inizjalment minn G. Berrisch u A. Polcyn, avukati, sussegwentement minn G. Berrisch u N. Chesaites, barrister, u fl-aħħar nett minn D. Gerardin, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment H. van Vliet, M. França u A. Stobiecka-Kuik, sussegwentement M. França, A. Stobiecka-Kuik u J.-F. Brakeland, aġenti); u Euroalliages (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Prost u M.-S. Dibling, avukati)SuġġettTalba għal annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 60/2012, tas-16 ta’ Jannar 2012, li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġinaw, inter alia, fir-Russja (ĠU L 22, p. 1), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.Euroalliages għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

____________

1 ĠU C 165, 09.06.2012.