Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2012 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-23/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 li r-rikorrenti ma jiġux ammessi għall-istadju segwenti tal-kompetizzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

Jordna lill-konvenuta tipproduċi l-minuti kollha tal-laqgħat tal-kapijiet tal-unità tal-EPSO u l-proċessi verbali kollha tal-laqgħat tal-Bord tal-Għażla rigward il-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10;

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 tat-13 ta’ April 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.