Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2014 – Nutria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-832/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nutria AE (Agios Konstantinos Locrida, il-Greċja) (rappreżentanti: M.-J. Jacquot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tordna lill-Kummissjoni tħallasha s-somma ta’ EUR 5.204.350 EUR bħala kumpens għad-danni subiti;

tordna lill-Kummissjoni tħallasha s-somma ta’ EUR 12.000 bħala kumpens addizzjonali għall-ispejjeż tal-proċedura sostnuti minnha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 191 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 1 , naxxenti mir-rifjut tal-Kummissjoni li tipproroga d-data ta’ skadenza li fiha kellha tiġi eżegwita l-parti Griega tal-programm Ewropew ta’ distribuzzjoni ta’ ikel lill-persuni l-iktar fil-bżonn tal-Komunità għas-sena 2010.