Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 - Grand Hotel Abi d'Oru vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-454/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Grand Hotel Abi d'Oru SpA (Olbia, l-Italja) (rappreżentanti: D. Dodaro, avukat, S. Cianciullo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni fil-parti fejn:

a. tafferma li "l-għajnuna mill-Istat mogħtija skont il-Liġi Reġjonali Nru 9 tal-1998, attwata b'mod illegali mill-Italja permezz tad-Deċiżjoni Nru 33/6 u l-ewwel avviż, hija inkompatibbli mas-suq komuni, sakemm il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jkunx ressaq talba għal għajnuna skont din l-iskema qabel l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet relattivi għal proġett ta' investiment inizjali" (l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni);

b. tipprovdi li "r-Repubblika Taljana għandha tipproċedi sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna inkompatibbli mogħtija skont l-iskema tal-Artikolu 1" (l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni);

c. tiddeċiedi li "r-Repubblika Taljana għandha tannulla l-ħlasijiet kollha tal-għajnuna mogħtija skont din l-iskema tal-Artikolu 1 b'effett mid-data ta' adozzjoni ta' din id-deċiżjoni" (l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni).

Ir-rikorrenti titlob ukoll li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ħlas tal-ispejjeż ta' din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f'din il-kawża hija l-istess waħda kkontestata fil-kawżi T-394/08 Regione Sardegna vs Il-Kummissjoni, T-408/08 S.F. Turistico Immobiliare vs Il-Kummissjoni u T-436/08 Studio Vacanze vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f'dawn il-kawżi.

____________