Language of document : ECLI:EU:T:2009:18





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-27 ta’ Jannar 2009 – Intel vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-457/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Talba għas-sospensjoni tal‑eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji – Deċiżjoni li tiċħad talba li jiġi pospost il‑bidu tad-dekorrenza tat-terminu għal risposta għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Deċiżjoni li tiċħad talba li tiġi ordnata l-produzzjoni ta’ dokumenti – Inammissibbiltà tar-rikors fil-kawża prinċipali”

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali – Eżami sommarju tar-rikors prinċipali mill-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(1)) (ara l-punti 46-48)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji dwar ċerti miżuri meħuda fil‑kuntest ta’ proċedura skont l-Artikolu 82 KE fil-Każ COMP/3-37.990 Intel.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.