Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2014 – MasterCard et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-516/11) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relattivi għal studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għan-negozjanti li jaċċettaw metodi ta’ ħlas differenti – Dokumenti li joriġinaw minn terzi – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MasterCard, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti); MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti); u MasterCard Europe (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment B. Amory, V. Brophy u S. McInnes, sussegwentement B. Amory u V. Brophy, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Lulju 2011, li tiċħad li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti redatti minn terz relattivi għal studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għan-negozjanti li jaċċettaw metodi ta’ ħlas differenti.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-12 ta’ Lulju 2011, li tiċħad li tagħti lil MasterCard, Inc., lil MasterCard International, Inc. u lil MasterCard Europe l-aċċess għal ċerti dokumenti redatti minn terz relattivi għal studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għan-negozjanti li jaċċettaw metodi ta’ ħlas differenti hija annllata inkwantu din tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti relattivi:għall-ispejjeż u għall-benefiċċji għan-negozjanti li jaċċettaw metodi ta’ ħlas differenti (rapport inizjali tat-2 ta’ Ġunju 2009);għall-ispejjeż u għall-benefiċċji għan-negozjanti li jaċċettaw metodi ta’ ħlas differenti – Parti 1 tar-rapport ta’ metodoloġija, tat-28 ta’ Settembru 2009 [verżjoni riveduta li tinkludi l-osservazzjonijiet trażmessi mill-partijiet ikkonċernati u mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Kompetizzjoni” tal-Kummissjoni];għar-riżultati tal-intervisti fid-dettall fuq l-ispejjeż tal-ħlasijiet: l-analiżi tal-intervisti fid-dettall li saru fl-Ungerija, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fir-Renju Unit fil-15 ta’ Jannar 2010 (verżjoni pprovduta fid-9 ta’ Marzu 2010);għall-abbozz ta’ kwestjonarju online tat-8 ta’ Marzu 2010;għar-riżultati u għall-konklużjonijiet tat-test ta’ fattibbiltà fuq l-internet:

abbozz ta’ rapport tal-24 ta’ Mejju 2010.Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.