Language of document : ECLI:EU:T:2012:91





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2012 — Grazer Wechselseitige Versicherung vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-282/08)

“Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Awstrijaċi lill-grupp Grazer Wechselseitige (GRAWE) fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq — Applikazzjoni fis-sitwazzjoni fejn l-Istat jaġixxi bħala bejjiegħ — Determinazzjoni tal-prezz tas-suq”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Bejgħ ta’ oġġetti minn entità pubblika lil persuna privata b’kundizzjonijiet preferenzjali — Inklużjoni — Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 45, 46)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Natura legali — Interpretazzjoni bbażata fuq elementi oġġettivi — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 47, 48, 56)

3.                     Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Distinzjoni mill-iżball manifest ta’ evalwazzjoni (Artikoli 230 KE u 253 KE) (ara l-punt 68)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat — Trasferiment ta’ impriża — Determinazzjoni tal-prezz — Preferenza li għandha tingħata lir-riżultat ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa, trasparenti u mingħajr kundizzjonijiet fir-rigward ta’ rapport ta’ espert (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 76-80, 86)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat — Trasferiment ta’ impriża — Tmiem inċert u tul ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni li ma timplikax a priori l-esklużjoni ta’ xerrej minn investitur privat (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 88, 90, 100, 101)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat — Teħid inkunsiderazzjoni tar-riskju għall-iffissar tal-prezz ta’ trasferiment ta’ impriża rrappreżentata bl-eżistenza ta’ skema ta’ garanzija legali li tibbenefika minnha l-impriża li għandha tiġi ttrasferita — Esklużjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 122, 128, 130, 131)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli tal-proċedura tal-Artikolu 88(3) KE — Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji — Ċertezza legali — Protezzjoni — Kundizzjonijiet u limiti (Artikolu 88(3) KE) (ara l-punti 152, 153)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna maħsuba sabiex tiffavorixxi jew tiffaċilita l-iżvilupp ekonomiku ta’ ċerti reġjuni jew ċerti attivitajiet — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti — Interpretazzjoni stretta tad-derogi (Artikolu 87(3)(a) u (c) KE) (ara l-punti 158, 161)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/719/KE, tat-30 ta’ April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 56/06 (ex NN 77/06) implimentata mill-Awstrija fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland (ĠU L 239, p. 32).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grazer Wechselseitige Versicherung AG hija kkundannata għall-ispejjeż.