Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen - il-Belġju) – X vs Belgische Staat

(Kawża C-302/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika tal-immigrazzjoni – Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal perijodu twil – Direttiva 2003/109/KE – Kundizzjonijiet marbuta mal-kisba tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil – Artikolu 5(1)(a) – Riżorsi stabbli, regolari u suffiċjenti)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad voor Vreemdelingenbetwistingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “riżorsi” msemmi f’din id-dispożizzjoni ma jirrigwardax biss ir-“riżorsi proprji” tal-applikant għall-istatus ta’ resident għal perijodu twil, iżda jista’ jkopri wkoll ir-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ dan l-applikant minn terz sakemm, fid-dawl tas-sitwazzjoni individwali tal-applikant ikkonċernat, huma jitqiesu li huma riżorsi stabbli, regolari u suffiċjenti.

____________

1     ĠU C 276, 6.8.2018.