Language of document : ECLI:EU:T:2011:264





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2011 –
GRP Security vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-87/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratt pubbliku għal servizzi – Konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet f’ċerti dokumenti pprovduti mill-offerent rebbieħ tal-kuntratt – Deċiżjonijiet li jimponu sanzjoni amministrattiva fuq l-offerent rebbieħ u xoljiment unilaterali tal-kuntratt – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 15-17)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs tal-impriża u fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza tagħha (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 23, 24, 30, 31)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba - Preżentata ta’ sottomissjonijiet komplementari bl-għan li jirrimedjaw għal nuqqasijiet - Inkompatibbiltà mal-proċeduri għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 26, 28)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement permezz ta’ indennizz jew permezz ta’ rikors għad-danni - Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE, 279 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 35)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu diġà mwettaq - Dannu ta’ natura purament ipotetika - Esklużjoni (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 37, 38, 40)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Jannar 2011, li permezz tagħha l-Qorti tal-Awdituri imponiet fuq ir-rikorrenti l-ħlas ta’ danni għall-ammont ta’ EUR 16 000 u rriżervat id-dritt li titlob danni sussegwenti kif ukoll, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tagħha tal-istess jum li timponi sanzjoni amministrattiva ta’ esklużjoni tar-rikorrenti mill-kuntratti u mis-sussidji ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni Ewropea għal perijodu provviżorju ta’ tliet xhur.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.