Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta' Novembru 2012 - Antrax It vs UASI - THC (Radiateurs de chauffage)

(Kawża T-83/11 u T-84/11) 

("Disinn Komunitarji - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw termosifuni għal radjaturi ta' tisħin - Disinni preċedenti - Raġuni għal invalidità - Nuqqas ta' karattru individwali - Nuqqas ta' impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Saturazzjoni tal-eċċellenza - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Mannucci u A. Folliard-Monguiral, sussegwentement A. Folliard-Monguiral u F. Mattina, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Heating Company (THC) (Dilsen, il-Belġju) (rappreżentant: J. Haber, avukat)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tielet Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Novembru 2010 (Każijiet R 1451/2009-3 u R 1452/2009-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn The Heating Company (THC) u Antrax It Srl.

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta' Novembru 2010 (Każijiet R 1451/2009-3 u R 1452/2009-3) huma annullati sa fejn id-disinni Nru 000593959-0001 u Nru 000593959-0002 ġew iddikjarati invalidi.

2)    Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

3)    L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Antrax It Srl fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

4)    The Heating Company (THC) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess quddiem il-Qorti Ġenerali, dawk sostnuti minn Antrax It fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1 - ĠU C 113, 9.4.2011.