Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2011 - Antrax It vs UASI - Heating Company (Radjaturi għat-tisħin)

(Kawża T-84/11)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heating Company BVBA (The) (Dilsen, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Novembru 2010, fil-parti fejn iddikjara invalidu d-disinn Komunitarju Nru 000593959-0002

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Novembru 2010 fil-parti fejn ikkundanna lil Antrax IT s.r.l għall-ħlas tal-ispejjż sostnuti minn The Heating Company BVBA fil-proċedimenti quddiem l-UASI

tikkundanna lill-UASI u lil The Heating Company għall-ħlas lil Antrax It s.r.l tal-ispejjeż ta' din il-kawża

tikkundanna lil The Heating Company BVBA għall-ħlas lil Antrax It s.r.l tal-ispejjeż sostnuti minnha fil-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: disinn Komuniatrju Nru 000593959-0002 (radjaturi għat-tisħin)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: The Heating Company BVBA

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: id-disinn Komunitarju kkontestat ma josservax il-ħtiġijiet tal-Artikoli 4 sa 9 tar-regolament dwar id-disinji Komunitarji (RDK), peress li huwa kważi identiku għall-mudell Ġermaniż Nru 4 inkluż fir-reġistrazzjoni multipla Nru 401 10481.8, ippubblikata fl-10 ta' Settembru 2002 u dan fi Franza, l-Italja u l-Benelux, bħala mudell internazzjonali Nru DM/0608899

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: disinn Komunitarju ddikjarat invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u d-disinn Komunitarju ddikjarat invalidu

Motivi invokati: L-eżistenza tal-karattru individwali tad-disinn Komunitarju Nru 000593959-0002.

____________