Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Diċembru 2015 – Secretary of State for the Home Department vs David Davis, Tom Watson, Peter Brice, Geoffrey Lewis

(Kawża C-698/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for the Home Department

Konvenuti: David Davis, Tom Watson, Peter Brice, Geoffrey Lewis

Domandi preliminari

Is-sentenza Digital Rights Ireland et tal-Qorti tal-Ġustizzja (C-293/12 u C-594/12, EU:C:2014:238) (inkluż, b’mod partikolari, il-punti 60 u 62 tagħha) tistabbilixxi rekwiżiti imperattivi fid-dritt tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għar-regoli nazzjonali ta’ Stat Membru dwar l-aċċess għad-data miżmuma konformement mal-leġislazzjoni nazzjonali, sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”)?

Is-sentenza Digital Rights Ireland et tal-Qorti tal-Ġustizzja testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 7 u/jew 8 tal-Karta lil hinn minn dak tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (il-“KEDB”), kif stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (il-“QEDB”)?

____________