Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Ottubru 2011 - NEC Display Solutions Europe vs UASI - Nokia (NaViKey)

(Kawża T-393/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja verbali NaViKey - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NAVI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NEC Display Solutions Europe GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Munzinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nokia Corp. (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Tanhuanpää, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta' Ġunju 2009 (Każ R 1143/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Nokia Corp. u NEC Display Soltutions Europe GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

NEC Display Solutions Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 297, 05.12.2009.