Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2010 – General Bearing vs UASI (GENERAL BEARING CORPORATION)

(Kawża T-394/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GENERAL BEARING CORPORATION – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Sunt tal-motivi invokati (Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 20)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Lulju 2009 (Każ R 73/2009‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas‑sinjal verbali GENERAL BEARING CORPORATION bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

General Bearing Corp.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali GENERAL BEARING CORPORATION għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6345871

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Generali Bearing Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.