Language of document : ECLI:EU:T:2011:593





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2011 – NEC Display Solutions Europe vs UASI – Nokia (NaViKey)

(Kawża T‑393/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NaViKey – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NAVI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 31, 55, 58-60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1143/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nokia Corp. u NEC Display Soltutions Europe GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

NEC Display Solutions Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.