Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2012 - 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/09) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u ta' manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra fl-Irlanda, fi Spanja, fil-Portugall u fir-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Massimu ta' 10 % tad-dħul mill-bejgħ- Dħul mill-bejgħ rilevanti - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta' motivazzjoni - Proporzjonalità - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont ta' multi tal-2006 - Kapaċità kontributtiva")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 1. garantovaná a.s. (Bratislava, is-Slovakja) (rappreżentanti: inizjalment M. Powell, solicitor, A. Sutton u G. Forwood, barristers, sussegwentment M. Powell, G. Forwood, M. Staroň u P. Hodál, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bourke, N. von Lingen u A. Tokár, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta' Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/39.396 - reaġenti abbażi ta' karbur tal-kalċju u ta' manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), inkwantu tirrigwarda r-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

1. garantovaná a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 297, 05.12.2009