Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ottubru 2009 - General Bearing vs UASI (GENERAL BEARING CORPORATION)

(Kawża T-394/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: General Bearing Corp. (West Nyack, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Dellmeier Beschorner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta' Lulju 2009, fil-Każ R 73/2009-1;

tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark Komunitarja kkonċernata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż inkorsi quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza; u

tiffissa ġurnata għas-seduta jekk dan ikun meqjus neċessarju.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "GENERAL BEARING CORPORATION" għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(ċ) u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009, kif ukoll tal-prinċipji ġenerali tal-liġi tat-trade marks, billi l-Bord tal-Appell żbalja meta qies li t-trade mark Komunitarja kkonċernata ma kinitx eleġibbli għal reġistrazzjoni minħabba fil-fatt li hija purament terminu deskrittiv.

____________