Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Ottubru 2009 - NEC Display Solutions Europe vs UASI - Nokia (NaViKey)

(Kawża T-393/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NEC Display Solutions Europe GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Munzinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nokia Corp. (Helsinki, il-Finlandja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta' Ġunju 2009, fil-Każ R 1143/2008-2;

tiċħad l-oppożizzjoni ppreżentata mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-każ li hija ssir intervjenenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark "NaViKey" għal prodotti fil-klassi 9

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali "NAVI" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38; reġistrazzjoni tat-trade mark Finlandiża "NAVI" għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ċaħda tal-appell

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell: (i) żbalja fid-determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti li l-perċezzjoni tiegħu għandha tiġi ikkunsidrata; (ii) żbalja fl-evalwazzjoni tax-xebh bejn it-trade marks ikkonċernati u l-prodotti koperti; u (iii) ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt illi l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell m'għandhiex id-dritt tipprojbixxi l-użu ta' trade marks suċċessivi li fihom l-element "NAVI", minħabba nuqqas ta' karattru distintiv ta' dan l-element jew minħabba li ftit li xejn għandu karattru distintiv, u għalhekk ma setgħex tinvoka l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sabiex tikseb ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkonċernata; ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ma tax raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________