Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 – Mammoet Salvage vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Mammoet Salvage BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Kuypers u A. Schadd, avukati)

Konvenuta: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

b’mod prinċipali, tikkonstata n-nuqqas li tittieħed azzjoni tal-Unjoni Ewropea u/jew tal-Kummissjoni Ewropea;

b’mod sussidjarju, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea u/jew lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrenti s-somom dovuti;

b’mod iktar sussidjarju, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea u/jew lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrenti d-danni;

b’mod prinċipali, b’mod sussidjarju u b’mod iktar sussidjarju, tissospendi sabiex tiddeċiedi jew tissospendi l-proċedura sa tliet xhur wara li r-rikorrenti tkun irċeviet, id-deċiżjoni tal-arbitraġġ, skont l-Artikolu 77 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

tikkudanna lill-Unjoni Ewropea u/jew lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeudra u għall-ispejjeż extraġudizzjarji.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-2010, ir-rikorrenti rebħet sejħa għal offerti għat-tneħħija ta’ 74 tifrik f’port fil-Mawritanja, fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp. L-ambaxxatur u kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Mawritanja, ħa r-responsabbiltà, f’isem il-Kummissjoni Ewropea, għall-finanzjament tal-kuntratt, konkluż bejn il-Mawritanja u r-rikorrenti. B’dan it-teħid ta’ responsabbiltà, il-konvenuta ma saritx parti kontraenti fl-imsemmi kuntratt, għalkemm ħadet l-obbligu ta’ ħlas tax-xogħlijiet imwettqa.Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.L-ewwel motiv ibbażat fuq l-astensjoni tal-konvenuta li twettaq att.Il-kuntratt konkluż bejn ir-rikorrenti u l-Mawritanja jinkludi dispożizzjoni skont liema l-obbligi ta’ ħlas tal-Unjoni jintemmu mhux iktar tard minn 18-il xahar wara li jintemm il-perijodu ta’ twettiq tal-kompiti. Fl-4 ta’ Diċembru 2013, ir-rikorrenti talbet lill-Mawritanja u lid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea sabiex jestendu dan it-terminu. Il-konvenuta naqset milli tirreaġixxi għal din l-istendina sabiex taġixxi.It-tieni motiv ibbażat fuq it-teħid ta’ responsabbiltà, mill-Kummissjoni Ewropea, għall-finanzjament tal-kuntratt.Ir-rikorrenti tqis li x-xogħlijiet huma mitmuma u titlob lill-Qorti Ġenerali tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-fatturi mhux imħallsa, jiġifieri l-ammonti li għadhom pendenti li huma dovuti lir-rikorrenti għax-xogħlijiet imwettqa minnha.It-tielet motiv ibbażat fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea.Fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li

t-terminu ta’ ħlas impost fuq l-Unjoni Ewropea skada, ir-

rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tikkundanna lill-konvenuta għal

l-ħlas tad-danni li jammontaw għall-fatturi li għadhom mhux imħallsa.Minbarra dan, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-konvenuta aġixxiet b’mod illegali fil-konfront tar-rikorrenti f’dak li jirrigwarda l-ħatra ta’ esperti, li kkawża dannu mhux kuntrattwali.