Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2015 – Intesa Sanpaolo vs UASI (NEXTCARD)

(Kawża T-233/14)1

(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEXTCARD – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur – Obbligu ta’ motivazzjoni – Appell manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Frar 2014 (Każ R 1807/2013-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali NEXTCARD bħala trade mark Komunitarja. DispożittivL-appell huwa miċħud.Intesa Sanpaolo SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.