Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – ArcelorMittal Hamburg et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-235/14) 1
(“Għajnuna mill-Istat – Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ArcelorMittal Hamburg GmbH (Hambourg, il-Ġermanja); ArcelorMittal Bremen GmbH, bħala s-suċċessura ta’ Bregal Bremer Galvanisierungs GmbH (Bremen, il-Ġermanja); ArcelorMittal Hochfeld GmbH (Duisburg, il-Ġermanja); u ArcelorMittal Ruhrort GmbH (Duisburg) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u H. Janssen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4424 final, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u favur l-utenti l-kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ineżami.Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.ArcelorMittal Hamburg GmbH, ArcelorMittal Bremen GmbH, ArcelorMittal Hochfeld GmbH u ArcelorMittal Ruhrort GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 ĠU C 223, 14.7.2014.