Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2016 – EGBA u RGA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/14) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Logħob tal-azzard - Għajnuna ppjanata minn Franza favur il-kumpaniji tat-tlielaq – Taxxa parafiskali miġbura fuq it-tlielaq taż-żwiemel f’Pariġi online - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Assoċjazzjoni – Nuqqas ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Gaming and Betting Association (EGBA) (Brussell, il-Belġju) u The Remote Gambling Association (RGA) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S.-P. Brankin, solicitor, T. De Meese, E. Wijckmans u M. Mudrony, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti : D. Colas u J. Bousin, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/19/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA. 30753 (C 34/10) (ex N 140/10) li Franza biħsiebha timplimenta għall-kumpaniji tat-tiġrijiet taż-żwiemel (ĠU 2014, L 14, p. 17).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

European Gaming and Betting Association (EGBA) u The Remote Gambling Association (RGA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 ĠU C 212, 7.7.2014