Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Ludwigshafen am Rhein (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Marzu 2022 – TF vs Sparkasse Südpfalz

(Kawża C-206/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Ludwigshafen am Rhein

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TF

Konvenut: Sparkasse Südpfalz

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 u d-dritt għal-leave annwali mħallas stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali dwar l-għoti ta’ leave ta’ mistrieħ lill-ħaddiema li jipprovdu li d-dritt għal-leave jiġi eżawrit ukoll meta, matul leave approvat, il-ħaddiem ikun milqut minn avveniment mhux previst, bħal, f’dan il-każ, kwarantina imposta mill-Istat u, minħabba dan il-fatt, ikun prekluż milli jeżerċita dan id-dritt b’mod sħiħ?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.