Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2008 - Cadila Healthcare vs UASI - Laboratorios Inibsa (ZYDUS)
(Kawża T-287/08)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cadila Healthcare Ltd (Ahmedabad, L-Indja) (rappreżentanti: S. Bailey, A. Juaristi u F. Potin, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Laboratorios Inibsa, SA (Llissa de Vall, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Mejju 2008 fil-każ R 1322/2007-2; u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "ZYDUS" għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10 - Applikazzjoni Nru 3 277 662
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: Nru 2 360 938 tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola għat-trade mark "CIBUS" għal prodotti fil-klassi 5; Nru 2 360 939 tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola għat-trade mark "CIBUS" għal prodotti fil-klassi 3
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kollha in kwistjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell
Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell għamel żball fid-deċiżjoni tiegħu fejn ikkonstata li d-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni esponiet ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u għaldaqstant ġie miksur l-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94; il-Bord ta' l-Appell għamel żball fid-deċiżjoni tiegħu fejn ikkonstata li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha, bi ksur tal-prinċipji ġenerali tal-liġi tat-trade marks u, b'mod partikolari, ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94.
____________